MALTA GĦANDHA L-AKTAR
AGGRESSJONIJIET VJOLENTI
KONTRA N-NISA FL-EWROPA*

MALTA GĦANDHA L-AKTAR
AGGRESSJONIJIET VJOLENTI
KONTRA N-NISA FL-EWROPA*

X’inhu SOAR?

SOAR huwa servizz mogħti b’xejn mill-Fondazzjoni St Jeanne Antide. Huwa servizz ta’ appoġġ għas-sopravivenza tan-nisa u t-tfal li qed jibdew jgħixu ħajja ġdida wara l-vjolenza domestika. SOAR hija liċenzjata mill-Awtorità tal-Istandards tal-Kura Soċjali u toffri firxa ta’ servizzi fit-tul biex tappoġġja lin-nisa u t-tfal li qed joħorġu minn djar ta’ kenn jew diġà jgħixu fil-komunità.

Learn more

40% tal-poplu Malti
jaħseb li l-abbuż domestiku huwa provokat mill-vittma*

Għaliex tgħati donazzjoni?

Fl-2019, SOAR ipprovdit appoġġ b’xejn għal żmien twil lil rekord ta’ 112 -il familja li għin fit-titjieb tal-ħajja ta’ 155 -il tifel u tifla – id-doppju tal-każijiet li kellna fl-2018. Dan għen familji issiru b’saħħithom, reżiljenti u jaffaċċjaw id-diffikultajiet li jsibu ma’ wiċċhom. Dan kollu sabiex jassiguraw l-istabilita u s-saħħa tagħhom, ninkorraġġu l-iżżvilupp fuqhom infushom u nipprevenu famliji li jitilfu darhom. Tgħajna għajnuna lit-tfal billi jkollom aċċess għal terapija u appoġjajna nisa b’materjali li kellhom bżonn għad-dar il-ġdida tagħhom. Għena ommijiet biex iżommu lill-uliedhom l-iskola, appoġjajana nisa b’laptops sabiex ikunu jistgħu jistudjaw u ipprovdejna mentoring biex jibdew il-karriera tagħhom jew jitgħallmu kif jqassmu flushom. Mingħajr finanzi xejn minn dan ma seta’ kien possibli.

Ingħaqad mal-crowdfunding tagħna

Testimonjanzi

”SOAR tagħtini mħabba u appoġġ inkundizzjonat bħal familja normali. Inħossni fdata, aċċettata u mifhuma u dan jagħtini saħħa mentali biex inkun nista’ nfiq mit-tfulija abbużiva u miż-żwieġ tiegħi. Dak li qed nagħmel jien huwa vjaġġ ta’ fejqan u ta’ tkabbir u naf li se jirrnexxieli. Qed nitgħallem inkun mudell tajjeb għal uliedi mill-imhabba li qed nircievi u billi nkun aċċettata mingħajr ġudizzju.”

“SOAR joffri grupp ta’ nisa qalbiena li jappoġġjaw lil xulxin kif ħaddieħor qatt ma jista’, għax jifhmu ‘l xulxin u ma jiġġudikawx meta tkun għaddejja mid diffikultaijiet ta’ relazzjoni abbużiva. Il-ħin li tqatta’ ma’ dan il-grupp ta’ nisa jgħin biex itaffi l-feriti u jagħti tama. ”

Sħubija

SOAR huwa servizz mogħti b’xejn mill-Fondazzjoni St Jeanne Antide. SOAR ingħaqdet ma’ ANCHOVY. bl-appoġġ tal-isponsor tagħha, MPS. Din il-kampanja twaqqfet biex tikkontribwixxi għall-ġid ikbar kontra l-vjolenza domestika li min-naħa tagħha tibbenefika lill-komunità.

Ippermettilna nkompli ngħinu familji vulnerabbli jew għafas share tal-paġna tagħna.